Prosit lil “Dats So Cool”, misjuq minn Jesmar Gafa, li rebaħ il-finali tat-tiġrija taż-żwiemel tal-BOV Tazza l-Kbira 2025 👍💪
Ser inkompli naħdem biex nara li d-dilettanti taż-żwimel jkollhom dak li tassew jixirqilhom f’dan l-isport.
@BriguglioMike 18 t’Ottubru 2022 - 18 t’Ottubru 2024
Strieħu fis-Sliem Pa u Robert 💙❤️
Tislima ukoll lil Fredrick Azzopardi.
RIP 🙏
17 t’Ottubru 2020 - 17 t’Ottubru 2024
Mhu ser ninsikom qatt.
Intom irġiel ta’ veru li kontu ta eżempju għal ħafna nies fil-ħajja tagħkom.
18 t’Ottubru 2022 - 18 t’Ottubru 2024
Strieħu fis-Sliem Pa u Robert 💙❤️
Tislima ukoll lil Fredrick Azzopardi.
RIP 🙏
17 t’Ottubru 2020 - 17 t’Ottubru 2024
Mhu ser ninsikom qatt.
Intom irġiel ta’ veru li kontu ta eżempju għal ħafna nies fil-ħajja tagħkom.
llum 7 ta’ Ottubru 2024 nerġgħu lura għal-ħidma Parlamentari fil-binja tal-Parlament.
Nawgura li dawn is-seduti u l-kumitati Parlamentari jkomplu jwasslu biex tkun magħrufa l-verita u naprovaw liġijiet importanti li bihom nkomplu ntejbu l-kwalita tal-ħajja tagħna.
07.10.2024
“L-isport hu mezz ta’ titjieb ekonomiku jekk jitfassal plan serju kif nagħaqdu l-attivitajiet sportivi ma’ dik kummercjali” hekk tennejt waqt t-tnedija tal-Malta Classic 2024 li ser issir bejn l-10 u t-13 ta’ Ottubru 2024.
Prosit lil organizzaturi u lill-isponsors.
17-09-2024
Għadni kif iffirmajt il-ktieb tal-kondoljanzi fid-Dar Ċentrali f’tislima għall-memorja tal-ħabib u kollega Karl Gouder.
J’Alla l-enerġija, l-posittivita u t-tbissima tiegħek tittieħed minna lkoll.
Strieħ fis-sliem 💙
11.09.2024
Illum 11 ta’ Settembru 2024 hu t-23 sena minn meta twaqqaw t-twin towers fi New York.
Mietu u ndarrbu n-nies. Mietu ukoll Maltin.
Irrid niftakar f’dawk li tilfu ħajjithom jew ġew feruti fl-attakk mdemmi, żbaljat u vili tat-Twin Towers.
Pittura: ħajr Challie Spiteri.
Hekk kif ninsabu jumejn 'il bogħod minn edizzjoni oħra tar-Regatta Nazzjonali u Tradizzjonali ta' Jum il-Vitorja nawgura kull suċċess lill-Clubs kollha li se jipparteċipaw.
Nawgura wkoll kull suċċess lill-qaddiefa kollha fuq bazi personali fit-tigrijiet li se jaqdfu fihom.
Bħala Deputy Speaker ilqajt fil-Parlament Malti lill-Ambaxxatriċi tas-Serbia Mirjana Jeremić, lill-Ambaxxatur ta’ Uruguay Ricardo Javier Varela Fernandez u l-Kummissarju Għoli għal Gambia Noah Touray.
Magħhom tkellimt dwar l-aħħar sviluppi f’Malta, fl-Ewropa u fid-dinja.
Grazzi ħafna minn qalbi 💙
Inkomplu naħdmu għax inħobbu lil art twelidna.
Inkompli naħdem għax aktar milli nħobb lili nnifsi, jiena nħobb il-grupp, l-element ta’ flimkien, il-kollettiv.
Dan is-sentiment diġà qed jinħass.
Bis-sehem tiegħek il-bidla tkun ikbar.
Grazzi minn qalbi lil kulħadd 💙
Jien nibqa' hemm għalik 💪
Int min int, jien fil-politika biex nagħmel il-ġid.
Dejjem b’lealta’ għas-servizz tiegħek.
#FLIMKIEN 🇲🇹🇪🇺
Flimkien f’Malta 🇲🇹 u fl-Ewropa 🇪🇺
Inkomplu naħdmu għal kull vot u fl-istess jum nawguraw lil Bernard Grech f’għeluq sninu.
Happy Birthday Bernard 🎉
@adriandeliapn
Grazzi tal-appoġġ tagħkom.
Tajt saħħti kollha biex ngħin lill-Partit Nazzjonalista u lil Malta u Għawdex.
Lest naħdem għalik fil-Parlament Ewropew.
Inkun obbligat jekk tafdani bil-vot tiegħek.
L-għazla f’idejkhom ħbieb.
Grazzi mill-qalb.
David Agius